Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approvat l-permess temporanju ta’ rilokazzjoni ta’ sitt gaġeġ minn Nofsinhar ta’ Kemmuna. Is-sit huwa bogħod mill-kosta madwar 5km, ‘il barra mis-Sikka l-Bajda, limiti tal-Mellieħa.
Il-permess, li huwa validu għal sentejn, se jkun qed jiġi rilokat f’dan is-sit bħala soluzzjoni temporanja sakemm id-Dipartiment tas-Sajd iniedi t-tieni zona ta’ akwakultura fit-Tramuntana. Għaldaqstant wara li l-Bord tal-Ippjanar approva dan il-permess, l-operazzjonijiet eżistenti tal-fish farms tat-tonn ser ikunu qed jiċċaqilqu fis-sit il-ġdid kif miftiehem bejn l-operatur tal-fish farm u l-Awtorità tal-Ippjanar. Dan jinkludi t-tneħħija ta’ kull tagħmir u strutturi relatati mal-fish farms mis-sit ta’ Kemmuna.
Is-6 gaġeġ tat-tonn mistennija jilħqu kwota ta’ madwar 1500 tunnellata.
Fi stqarrija l-Awtorita tal-Ippjanar fakkret li f’Settembru li għadda, l-Bord tal-Ippjanar unanimament rrevokat permess ta’ żvilupp ta’ 10 fish farms wara li nstab li kienu qed joperaw kontra l-kundizzjonijiet tal-ippjanar. Għaldaqstat matul is-Sajf li għadda, seħħ impatt negattiv lill-baħar madwar il-kosta Maltija, li jitgawda għall-għawm minn diversi Maltin u turisti.
//= $special ?>

