Lokali

In-Nazzjon 15.06.2017

In-Nazzjon żvelat kif kumpanija privata b’kuntratt ta’ xogħol ta’ tindif f’San Vincenz de Paule, ordnat numru ta’ ħaddiema biex jiġu trasferiti għal-lukanda f’Kemmuna. Dawn il-ħaddiema li laqtu t-transfer, huma ta’ opinjoni politika differenti  minn dik tal-Partit Laburista fil-Gvern. Uħud minn dawnil-ħaddiema ilhom snin jaħdmu f’San Vincenz de Paule.

Sorja oħra ewlenija tittratta l-baraxx ta’ mistoqsijiet li saru lill-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ fil-Parlament Ewropew dwar l-involviment ta’ Konrad Mizzi u ta’ Keith Schembri fil-Panama Papers, b’ħafna MEPs jiddikjaraw li l-mistoqsijiet għandhom jiġu mwieġba u li l-elezzjoni ġenerali li rebaħ Muscat ma biddlet xejn.

In-Nazzjon jirrapporta sentenzi li ngħataw ilbieraħ fil-Qorti kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, u opinjonijiet u analiżi politika ta’ Antonello Cuschieri, Angelo Micallef u Victor Camilleri.