Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed ibajjad

Ritratt mill-arkivji

Raġel ta’ 68 sena minn Ħal-Għaxaq weġġa’ gravi wara li dalgħodu waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed ibajjad faċċata ta’ dar fil-Mosta.

L-inċident seħħ fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, meta għal xi raġuni waqa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Hu kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.