Allegazzjoni li s-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manchè qed jallega li s-Sindki ta’ qablu, Roberto Cristiano u Chris Bonett , fil-passat, ħarġu xi permessi mhux kif suppost. Dan hareg permezz ta’ post fuq facebook minn Jeanpierre Camilleri, li jgħid li din it-tip ta’ allegazzjoni hi serja u hu inkwetanti għar-residenti tal-Gżira.
Għalhekk fid-dawl ta’ din l-allegazzjoni se jitlob lill-Pulizija biex tinvestiga jekk hux veru li s-Sindki ta’ qabel tal-Gżira, Roberto Cristiano u Chris Bonett, it-tnejn f’isem il-Partit Laburista, kinux ħarġu permessi llegali.
L-istess persuna, jigifieri Camilleri, qalet li dan hu inkwiet bejn is-Sindku preżenti u ex Sindki Laburisti u se jitlob lill-Pulizija tinvestiga għax ma jrid lil ħadd iħammeġ lill-Partit Laburista ghal skopijiet personali.
Minn naħa tiegħu s-Sindku Conrad Borg Manchè kiteb, fuq facebook, li jkun aħjar li ma jinfetħux kotba filwaqt li qal li hemm raġunijiet għalfejn il-poplu sfiduċjaħ fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fl-2015. Dan b’referenza għal missier Jeanpierre Camilleri.
Jirriżulta li dan Jeanpierre Camilleri hu canvasser tal-ex Ministru Laburista Manuel Mallia. Jirriżulta wkoll li Camilleri neħħa l-post li kiteb minn fuq facebook.
Fuq Facebook saret allegazzjoni li s-Sindku tal-Gzira Conrad Borg Manche qed jallega li s-Sindki ta’ qablu, Roberto Cristiano u Chris Bonett , fil-passat, hargu xi permessi mhux kif suppost.
//= $special ?>