Lokali

Żagħżugħ ta’ 29 sena jweġġa’ gravi b’chaser waqt li kien qed jaħdem f’ħanut

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Taljan residenti l-Belt Valletta kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei waqt li kien fuq il-post tax-xogħol.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq San Ġwann fil-Belt Valletta meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittma ta’ 29 sena ġarrab ġrieħi gravi waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol b’chaser, ġewwa ħanut.

Fuq il-post ġiet msejħa ambulanza minnufih fejn ħadu lit-Taljan l-isptar ghal aktar kura.