Eritrejan ta’ 34 sena weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza f’Ħal Għaxaq.
Il-każ seħħ nhar il-Ħamis għall-ħabta tas-18:00, meta l-Pulizija kienu infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fil-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li l-Eritrejan li joqgħod il-Gudja ntlaqat minn vettura Renault Megane, misjuqa minn mara ta’ 34 sena, residenti Ħaż Żabbar.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
//= $special ?>