Id-diskors diviżiv tal-eks Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb, li llum hu attivist ferventi tal-Partit Laburista, hu riflessjoni tal-politika ta’ diviżjoni li Joseph Muscat daħħal f’pajjiżna.
Dan qalu l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija, fejn iddikjara li d-diskors ta’ Zarb hu konferma wkoll tal-falzità ta’ Muscat, li fuq naħa jitkellem dwar l-għaqda nazzjonali u fuq in-naħa l-oħra jinstiga lil dawk l-aktar viċin tiegħu biex ixerrdu mibgħeda kontra esponenti tal-Partit Nazzjonalista.
Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista reġa’ sfida lill-Prim Ministru biex jekk verament jemmen fl-għaqda nazzjonali li jippriedka dwarha, ireġġa’ lura t-transfers vendikattivi kollha li ordna mill-elezzjoni ġenerali ‘l hawn, saħansitra qabel inħatru l-Ministri.
Jekk iħalli lil mijiet ta’ persuni vittmi ta’ transfers vendikattivi, jkun qed jikkonferma l-falzità tiegħu li quddiem il-kameras jgħid ħaġa u minn wara l-kwinti jagħmel bil-kontra, temmet tgħid l-istqarrija.