Il-kantanta promettenti Rachel Keen, magħrufa bħala Raye, ġiet konfermata mal-lista ta’ artisti għall-Isle of MTV ta’ din is-sena, li se jerġa’ jsir f’Malta.
Il-kantanta Ingliża ta’ 20 sena hi magħrufa għall-kollaborazzjoni ma’ Jonas Blue fis-single “By Your Side” u riċentament ma’ Jax Jones bil-kanzunetta “You Don’t Know Me”. Din tal-aħħar telgħet fil-post numru 3 fiċ-charts Ingliżi.
Din is-sena wkoll, l-MTV se jiġu Malta b’kunċett li kien popolari ferm fis-snin Disgħin – The Grind. Għal ġurnata waħda biss, il-famuż pool party The Grind se jirritorna f’Cafe del Mar fejn bħala mistieden se jkun hemm id-DJ u producer Martin Jensen.
The Grind se jsir il-Ħadd 25 ta’ Ġunju.
//= $special ?>