Lokali

Il-PN f’laqgħa mal-Partit Demokratiku Kristjan Ġermaniż

Delegazzjoni tal-Partit Demokratiku Kristjan Ġermaniz tinsab Malta fejn iltaqgħet mal-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia u ma’ delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista komposta mid-deputati David Agius, Claudetete Buttigieg u Karl Gouder.

Fil-laqgħa fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista David Agius tkellem dwar l-aħħar żviluppi politiċi f’Malta wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet u qal li l-Partit Nazzjonalista diġa beda jaħdem għall-elezzjonijiet li ġejjin, fosthom tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali fl-2019.

David Agius qal li l-Partit Nazzjonalista u s-CDU jaqsmu l-istess prinċipji tad-Demokrazija Kristjana u spjega li l-Partit Nazzjonalista jħares ‘l quddiem lejn iktar ħidma mill-qrib bejn iż-żewġ partiti.