Internazzjonali

In-numru tal-mejta jitla’ għal 30; ir-Reġina Eliżabetta II iżżur ir-residenti

In-numru tal-mejta fit-traġedja ta’ Londra issa tela’ għal 30 persuna. Dan waqt li diversi persuni għadhom rappurtati nieqsa u b’hekk in-numru tal-vittmi mistenni jiżdied.

Ilbieraħ kien żvelat li n-nar fil-bini ta’ 24 sular, il-Grenfell Tower, beda minn fridge ta’ taxi driver li jgħix fir-raba’ sular.

Ir-Reġina Eliżabetta tal-Ingilterra illum żaret ir-residenti tal-bini li rnexxielhom isalvaw. Dawn ir-residenti jinsabu miġburin f’ċentru fejn qed isibu l-għajnuna kollha meħtieġa.

Fil-ħin meta qabdu n-nirien kien hemm il-mijiet ta’ nies ġewwa l-bini, li ħafna minnhom kienu reqdin. Il-parti kbira tar-residenti laħqu qamu u ma tilfux iż-żmien biex jaħarbu mill-bini.