Birkirkara F.C. huma viċin ħafna li jikkonkludu trasferiment importanti ħafna u li hu meqjus bħala wieħed mill-akbar, jekk mhux l-akbar fl-istorja tal-klabb karkariż. It-tim ta’ Replay żvela li l-midfielder internazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, Jake Grech hu viċin ħafna li jkun plejer ta’ Birkirkara hekk kif f’dawn l-aħħar sigħat intensifikaw id-diskussjonijiet bejn Birkirkara u l-klabb li Grech sal-lum għadu propjeta tagħhom, Hamrun Spartans Football Club.
It-trasferiment hu viċin ħafna li jseħħ u se jkun qed jinkludi somma flus meqjusa kbira għall-futbol Malti u t-tpartit tad-difensur internazzjonali Malti, Daniel Zerafa li fil-passat kien diġa’ plejer ta’ Ħamrun.
F’dawn l-aħħar sena u nofs kien hemm interess kbir minn diversi klabbs għal Grech, mhux biss f’Malta imma anke internazzjonalment. Valletta FC kienu viċin li jakkwistaw il-firma ta’ dan il-plejer fl-aħħar xhur iżda l-offerta tagħhom dejjem kienet rifjutata.
Issa jidher li Birkirkara rrnexxilhom jaslu viċin ħafna li jagħlqu dan it-trasferiment hekk kif jidher li għelbu l-kompetizzjoni ta’ Balzan F.C. u Hibernians FC, b’dawn l-aħħar tnejn kienu f’diskussjonijiet ma’ Ħamrun għall-akkwist ta’ dan il-plejer li hu meqjus bħala wieħed mit-talenti l-kbar tal-futbol lokali.
//= $special ?>