Mara kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li ġiet milquta minn vann.
Il-każ seħħ illum waranofsinhar fi Sqaq l-Arċipriet fl-Għarb, Għawdex, meta għal xi raġuni mhux magħrufa x-xufier tal-vettura kien qiegħed jirriversja u ma lemaħx lill-vittma wara l-vann, li kienet qiegħda tqassam fuljetti tal-knisja.
Fuq il-post issejjaħ immedjatament tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-mara l-isptar għal aktar kura.
//= $special ?>

