Mara ta’ 32 sena minn Ħal-Qormi ttieħdet l-isptar għall-kura wara li għall-ħabta tas-2:30p.m. kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta fl-Imqabba.
Jidher li l-inċident seħħ wara ħabta headon bejn il-karozza tat-tip Hyundai misjuqa mill-mara u vann KIA misjuq minn raġel ta’ 54 minn Birkirkara.
Il-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġiet ċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi gravi.
//= $special ?>