Lokali

Pjanist ta’ 12-il sena se jdoqq mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

Minkejja li għad għandu biss 12-il sena, il-pjanist ċkejken Dmitry Ishkhanov diġà qed jikseb isem anki barra l-pajjiż bħala mużiċist mill-aktar promettenti.

Minkejja li twieled ir-Russja, Dmitry ilu ħafna jgħix Malta, u saħansitra s-sena li għaddiet irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Young Musicians biex b’hekk sar l-iżgħar parteċipant fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni tal-mużika klassika.

Il-kunċert li fih dan it-tfajjel pjanist se jieħu sehem bħala mistieden speċjali tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, se jsir is-Sibt 24 ta’ Ġunju f’Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta.