Lokali

FILMAT: Tinqaleb karozza fit-Telgħa ta’ Alla u Ommu

Mill-anqas persuna waħda weġġgħet wara li karozza nqalbet fit-Telgħa ta’ Alla u Ommu.

Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident u kemm kien hemm persuni involuti. Madankollu, NET News jinsab infurmat li għalkemm il-persuni involuti ħarġu mill-karozza waħedhom, xorta intalbet l-għajnuna ta’ tim mediku permezz ta’ Ambulanza.

Kawża tal-inċident, inħolqot konġestjoni ta’ traffiku, hekk kif il-Pulizija qed jippruvaw jikkontrollaw is-sitwazzjoni mill-aktar fis.