Anzjan ta’ 71 sena ttieħed l-isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tal-3:45p.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq San Mark fil-Belt Valletta.
Jirriżulta li l-inċident seħħ meta t-trakk tat-tip Ford li kien misjuq mill-anzjan ta’ 71 sena kellu impatt ma’ karozza tat-tip SEAT misjuqa minn raġel ta’ 36 sena minn Ħal-Qormi. L-anzjan baqa’ dieħel f’ħajt u nħareġ permezz ta’ assistenza mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku.
It-triq ingħalqet għat-traffiku u l-kundizzjoni tal-anzjan għad mhux magħrufa.