Sport Sport Ieħor

FILMAT: L-atleti Maltin tal-Ispecial Olympics lura Malta b’midalja tad-deheb

Il-Ġimgħa t-tim nazzjonali Malti tal-futbol tal-Ispecial Olympics rritorna lura Malta wara li rebaħ il-midalja tad-deheb. Fil-Games of Inclusion li ntlagħbu f’La Spezia, fl-Italja, l-Maltin għelbu lil Ġibiltà fil-0finali bi skor ta’ 1-0.

Il-parteċipanti għal dan it-turnament kienu l-Italja, Spanja, ir-Rumanija, l-Andorra, San Marino, l-Iżvizzera u Ġibiltà.

Il-plejers tat-tim nazzjonali Malti kienu l-iżgħar minn fost il-parteċipanti kollha u fil-fażi tal-grupp, huma pparteċipaw fit-Tieni Diviżjoni u rebħu 5-0 kontra l-Italja Superhability u 3-2 kontra l-Italja Divertime 3-2 sakemm tilfu l-aħħar partita kontra Ġibiltà 1-0.

Għalhekk kellha tintlagħab il-finali kontra l-istess Ġibiltà peress li spiċċaw punti ndaqs fil-grupp, liema finali ntrebħet mill-Maltin bl-iskor ta’1-0.

Għall-ewwel darba, it-tim Malti kellu plejer minn Għawdex, Carmelo Pace li spiċċa bħala l-aqwa skorer tat-tim b’sitt gowls. Hu sab anke ix-xibka fil-finali.

L-ikcorers l-oħra għal Malta kienu Matthew Bugeja b’żewġ gowls u Sedrick Peplow, b’gowl.