Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara inċident fi Psaila Street

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Raġel sofra ġrieħi gravi kawża ta’ inċident li seħħ fi Triq Psaila, f’Santa Venera.

L-inċident seħħ fis-18:00 tal-Ġimgħa wara nofsinhar meta seħħ impatt bejn vettura tat-tip Mitsubishi Pajero li kienet qegħda tiġi misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Gżira u mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti l-Mosta.

Ir-raġel ta’ 25 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.