L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li hemm bażi biex jiġi irtirat il-permess li ngħata f’Jannar li għadda għall-bini ta’ dar fis-sit protett ta’ Għar Gherduf f’Kerċem Għawdex.
Fi stqarrija l-Awtorità qalet li l-Bord tal-Ippjanar ser jiddiskuti u jiddeciedi jekk ghandux jigi irtirat il-permess biex tinbena terraced house fuq żewġ sulari f’dan is-sit protett.
Din l-istqarrija ħarġet wara li fl-aħħar jiem diversi għaqdiet non governattivi ħarġu pubblikament jikkundannaw ix-xogħol li beda qrib dawn il-katakombi u appellaw biex tittieħed azzjoni mmedjatament.
L-Awtorità tal-Ippjanar qalet ukoll li meta l-applikazzjoni kienet qed tiġi pproċessata, id-Direttorat tal-Ippjanar ikkunsidra is-sit bħala żona arkeoloġika Klassi B.
Qalet ukoll li r-rekords tal-Gvern juru li dan s-sit ta’ Għar Għerduf u ż-żona tal-madwar, sa 100m, kienu protetti bħala kategorija Klassi A f’Ottubru tal-2000.
L-Awtorità qalet ukoll li l-istess diskrepanza dehret fuq is-sistema elettronika tal-Awtorità li hija użata mid-Direttorat tal-Ippjanar meta jiġu evalwati applikazzjonijiet tal-izvilupp.
Din id-diskrepanza giet innuttata wara li c-Chairman tal-Kunsill Ezekuttiv tal-Awtorita’ tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, talab kjarifici dwar dan il-permess.
Fid-dawl ta’ din id-diskrepanza hemm bazi biex jigi irtirat il-permess.
L-Awtorità ħabbret ukoll li se ssir investigazzjoni interna biex jigi maghruf kif u għaliex kien hemm din id-diskrepanza fis-sistema. L-Awtorità se tkun ukoll tmexxi audit dwar l-informazzjoni kollha li hija ppubblikata fuq l-istess sistema onlajn.
//= $special ?>