Mara ta’ 64 sena minn Ħal-Qormi weġġgħet gravi meta dalgħodu ttajret minn karozza fi Triq Manwel Dimech f’Ħal-Qormi stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs meta l-mara ttajret mill-karozza tat-tip Toyota misjuqa minn anzjan ta’ 80 sena li jgħix il-Pieta’.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
//= $special ?>