Jekk wieħed jilbes flokk ta’ Barcelona fis-Sawdja Arabja jista’ jeħel multa sa £120,000 jew 15-il sena ħabs, minħabba li l-klabb Spanjol għandu relazzjoni kummerċjali ma’ Qatar Airways.
Il-ġirien tal-Qatar ibbojkotjaw lill-kumpanija bħal Qatar Airways, fejn anke flokkijiet ta’ Barcelona ġew ipprojbiti. Is- Sawdi Arabja ipprojbixxa l-flokkijiet ta’ Barcelona wara li kellu tilwima diplomatika mal-Qatar, pajjiż li qed jiġi assoċjat ma’ gruppi estremisti.
Barcelona kienu sponsorjati minn Qatar Airways għal dawn l-aħħar erba’ staġuni iżda issa laħqu ftehim ġdid mal-kumpanija Ġappuniża Rakuten sa mill-istaġun li ġej.
//= $special ?>