L-awtoritajiet fil-Mali kkonfermaw li resort li hu popolari ħafna mat-turisti mill-Punent, bħalissa, qed ikun suġġett għal attakk feroċi minn persuni armati, li x’aktarx li huma militanti.
Ir-residenti f’dik iz-zona ukoll wasslu rapporti dwar ‘sparaturi kontinwi’ fl-inħawi tar-resort ta’ Le Campement, f’Dougourakoro, lejn il-Lvant tal-kapitali, Bamako.
Fl-aħħar ħinijiet, marru fiz-zona tar-resort numru ta’ suldati tal-Mali flimkien ma’ militar ma’ qawwa Franċiża għal kontra t-terroriżmu. S’issa għad ma daħlu l-ebda rapporti jew konferma ta’ mejtin u midruba, bis-sitwazzjoni fir-resort tibqa’ inċerta.
Il-Mali ilha s-snin tipprova jrażżan azzjonijiet minn militanti Iżlamiċi li qed jiġġieldu gwerra qaddisa fit-territorji tagħha. Dan meta l-ġellieda Iżlamiċi qegħdin iduru fir-reġjuni taċ-ċentru u t-tramuntana tal-pajjiż Afrikan.
//= $special ?>