Futbol Sport

Birkirkara jakkwistaw lil Luke Montebello

Luke Montebello fil-mument tal-firma flimkien mal-President tal-klabb Dr. Adrian Delia (xellug) u l-Viċi President Frank Zarb

Birkirkara komplew ikunu attivi fis-suq tat-trasferimenti hekk kif wara li lbieraħ laħqu ftehim biex jakkwistaw lil Jake Grech mingħand Ħamrun Spartans, illum ħabbru li akkwistaw lill-attakkant żagħżugħ Luke Montebello fuq kuntratt ta’ sentejn.

Montebello li llum għandu 22 sena, stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-attakkanti lokali tal-kampjonat Premier. Montebello fl-aħħar snin kien proprjetà ta’ Valletta u l-istaġun li għadda beda l-istaġun ma’ Pembroke, qabel ma’ kompla t-tieni parti tal-istaġun mal-Beltin fejn skorja ħames gowls.

L-attakkant lagħab fil-livelli kollha tat-tim nazzjonali u għamel id-debutt mat-tim nazzjonali f’Marzu fit-telfa ta’ 3-1 kontra s-Slovakkja.