Internazzjonali

FILMAT: Matador jinqatel f’arena fi Franza

Ivan Fandino, wieħed mill-aktar matadors popolari, miet wara li żelaq fil-mantar u attakkah il-barri.

L-inċident seħħ meta l-Ispanjol kien qed jieħu sehem fil-festival tal-ġlied mal-barrin fi Franza.

Fandino kien ilu 12-il sena jaħdem bħala matador professjonali.

Hekk kif Fandino li kellu 36 sena waqa’ fil-mantar, il-barri attakkah bis-saħħa kollha u niffidlu qarn f’ġenbu.
Fandino miet aktar tard fl-isptar wara li sofra żewġ attakki tal-qalb.

Din kienet it-tieni fatalita’ fl-aħħar sena, hekk kif fid-9 ta’ Lulju li għadda matador ieħor, Victor Barrio li kellu 29 sena, kien miet wara wkoll kien attakkat minn barri, dik id-darba fi Spanja. Qabel il-fatalita’ ta’ Lulju tas-sena l-oħra, kien ilu 16-il sena ma’ jinqatel matador fl-arena.

Il-ġlied tal-barrin jqajjem ħafna kontroversja, l-aktar mill-organizzazzjoni favur id-drittijiet tal-annimali.