Kultura Lokali

FILMAT: Xogħol artistiku tal-artist Indri Attard se jmur barra minn Malta

Għall-ewwel darba xogħol artistiku tal-iskultur żagħżugħ Żebbugi Indri Attard se jmur barra minn Malta.

Fil-fatt statwa life size ta’ San Filippo Diacono li inħadmet minn Indri Attard se tkun fl-Abbazia ta’ Agira, Belt fi Sqallija kif jispjega ma’ NetNews.com.mt Indri Attard stess meta żorna l-istatwa li bħalissa tinsab fil-Każin tal-Banda 12th May.

Din l-inizjattiva tkompli ssaħħaħ il-ġemellaġġ li hemm bejn il-Każin tal-Banda 12th May ta’ Ħaż-Żebbuġ u l-belt ta’ Agira.

Sadattant anke l-President tal-Banda 12th May Mariella Mizzi qalet li hu unur għal Każin li xogħol ta’ artist li ħareġ minn dan il-każin se jkun esebit b’mod petrmanenti barra minn Malta.