Lokali

INTERVISTA: RMJ’s Horse Rescue – in-nies li jsalvaw liż-żwiemel li ħadd ma jrid

L-istorja ta’ Captain, żiemel ta’ 28 sena li sidu jinsab l-isptar u għalhekk aktarx jinqatel, tefgħet dawl fuq is-sitwazzjoni – għexieren ta’ żwiemel jaslu f’Malta kull sena, u wara ftit jispiċċaw jinqatlu għaliex ħadd ma jridhom.

Iltqajna ma’ Corinne Farrugia, minn RMJ Rescue, l-NGO li ssalva kemm jista’ jkun żwiemel li l-futur tagħhom hu biss il-mewt.