Lokali

Raisa Falzon jkollha “żjara speċjali” fl-isptar

F’Jum il-missier il-Kap tal-Partit Nazzjonalista illum żar lit-tfajla Raisa Falzon l-isptar hekk kif fl-aħħar jiem kienet qed tingħata l-kura.

Fuq facebook Raise kitbet li kellha żjara speċjali ħafna u anke tellgħet ritratti li ħadet ma’ Simon Busuttil.

Raisa Falzon hija t-tfajla li tissimbolizza l-kuraġġ u t-tama hekk kif kienet ħarġet minn koma wara disa’ xhur. Fid-19 ta’ Marzu 2013 Raisa Falzon kienet sofriet minn emoroġija f’moħħha u damet disa’ xhur f’koma sa Dicembru tal-istess sena.