Instabu mejtin is-seba’ membri tad-destroyer Amerikan, USS Fitzgerald, li kienu rappurtati nieqsa wara li l-vapur tagħhom ħabat ma’ bastiment merkantili ‘il hinn mill-kosta tal-Ġappun.
Id-destroyer kien kważi għereq fl-inċident iżda, wara, irnexxielu jidħol fil-port ta’ Yokosuka li jservi bħala l-bażi tas-7th Fleet tal-Istati Uniti.
L-aħħar rapporti min-Navy Amerikana qalu li ħaddiema tas-salvataġġ sabu l-katavri tal-baħrin nieqsa ftit tas-sigħat ilu u wara li huma setgħu jidħlu fis-sezzjonijiet tad-destroyer li ġarrbu l-akbar ħsarat fl-inċident mal-bastiment għall-ġarr ta’ kontejners, bl-isem ACX Crystal. Il-katavri, issa, qegħdin jitwasslu lejn sptar fil-Ġappun għal proċess ta’ identifikazzjoni
Il-ħabta bejn id-destroyer u l-ACX Crystal seħħet madwar 56 mil nawtiku lejn il-lbiċ mill-port ta’ Yokosuka. Fl-istess ħin, sorsi ġurnalistiċi Ġappuniżi qed jgħidu li fl-inċident spiċċaw mgħarrqin il-kwartieri f’sezzjoni tad-destroyer fejn kienu reqdin diversi membri tal-ekwipaġġ, ‘bil-konsegwenzi fatali’.
//= $special ?>