Tintemm b’wiċċ il-ġid l-istorja ta’ Captain, iż-żiemel li kien se jinqatel għaliex ħadd ma seta’ jieħu ħsiebu wara li sidu sfortunatament spiċċa l-isptar fi tmiem ta’ ħajtu.
Dan hu żiemel li għall-aħħar 28 sena għex ħajja ta’ re taħt idejn sid li ħa ħsiebu u ħabbu. Ħajja twila għal żiemel, iżda li sfortunatament is-sigħat tiegħu kienu magħduda qabel familja ġdida llum offrietlu dar ġdida.
Captain hu magħruf sew fix-xena tat-tlielaq taż-żwiemel lokali, b’ismu sħiħ ikun Captain Trackline. Hu kien wieħed miż-żwiemel ewlenin fi tmiem is-snin 90, kif jixhed dan ir-ritratt mill-arkivji fejn fl-1997/98 kien rebaħ it-Tazza tal-President.

F’dan il-każ Captain hu fortunat gġħaliex l-istorja tiegħu mhix unika, u ħafna żwiemel f’pajjiżna jispiċċaw għall-qatla wara li l-użu tagħhom, ħafna drabi għat-tiġrijiet, ikun spiċċa.
Fl-aħħar jiem Net News iltaqa’ ma’ Corinne Farrugia minn RMJ’s Horse Rescue, li jinsabu fis-Salini, qabel intemmet b’wiċċ il-ġid l-istorja ta’ Captain. Min jixtieq jgħin b’donazzjonijiet jew b’volontarjat jista’ jagħmel kuntatt ma’ din l-NGO fuq 9994 7633.
//= $special ?>

