Lokali

FILMAT: “Il-ġenerożita’ fl-aqwa tagħha” – Michael Camilleri; Malti li jgħix f’Londra

Ritratti tal-persuni li ghadu rapportati nieqsam messaggi ta’ mhabba, messaggi ta’ kondoljanzi, bukketti tal-fjuri u xemghat … fl-isfond … bini ta’ 24 sular totalment mahruq.

Din hija l-atmosfera bhalissa fiz-zona ta’ Grenfell tower f’Londra, li din il-gimgha nharaq u qed ikun stmat li mietu mas-70 persuna.

Dawn ir-ritratti u filmati ttiehdu minn Michael Camilleri, Malti li jghix Londra u li fl-ahhar siegħat zar iz-zona, li bħalissa hija zona tfakkar il-vittmi ta’ din it-tragedja.

Michael Camilleri qalilna li bhalissa fiz-zona qed tispikka s-solidarjeta’, fost ohrajn innota vann tal-gelat iqassam il-gelat b’xejn kif ukoll diversi persuni jghinu r-residenti li salvaw minn din it-tragedja.

Ma jonqosx ukoll li jingabru diversi persuni li jipprotestaw kontra l-awtoritajiet, wara rapporti ta’ diversi nuqqasijiet f’dak li ghandu x’jaqsam mas-sigurta li kien joffri l-bini.

Sadittant f’Londra, ħaddiema tal-Gvern u taċ-ċivil  qegħdin jgħinu fl-impenn ta’ fejda uffiċjali. L-ingaġġ ta’ dawn il-ħaddiema segwa l-kritika dwar ir-reazzjoni mill-kunsill ta’ Kensington u Chelsea, fejn ir-residenti kkundannaw il-ħidma tal-għajnuna li ngħatat s’issa, fost l-ilmenti dwar in-nuqqas ta’ appoġġ u informazzjoni. In-nirien ħallew biss ‘qoxra’ mill-blokk tal-appartamenti.