Il-Kamra tal-Inġiniera spejgaw li n-nirien li belgħu lill-Grenfell Tower il-ġimgħa l-oħra għandha sservi ta’ lezzjoni u turi aktar minn qatt qabel l-importanza li l-binjiet lokali jkunu mgħamra b’faċilitajiet ta’ sigurtà adegwati. F’pajjiżi bħal Malta, l-iżviluppaturi għandhom iżommu f’moħħhom ta’ sistemi ta’ sigurtà f’każijiet ta’ emerġenza mit-tfassil tal-pjanijiet kif ukoll fejn għandha x’taqsam manutenzjoni.
Fi stqarrija l-President tal-Kamra tal-Inġiniera, Norman Zammit, insista li l-professjonisti f’dan il-qasam għandhom joqgħodu attenti li l-ebda sid jew kumpanija toqgħod lura mill-flus għas-spejjez ta’ saħħet l-impjegati u l-pubbliku – kemm meta tiġi biex tinbena xi binja kif ukoll rigward il-manutenzzjoni tal-istess binja.
Huwa saħaq li ma jistax ikun li jkun hawn binjiet li jkunu ċertifikati li qed jimxu mar-regolamenti neċessarji għas-sigurtà fejn jidħlu emerġenzi rigward nirien meta effettivament m’humiex. Dan hekk kif din il-prattika tpoġġi l-ħajja ta’ dak li jkun f’periklu enormi.
Għaldaqstant il-Kamra tal-Inġiniera ħeġġet lill-Gvern sabiex jgħasses aktar r-regoli rigward il-proċess tal-bini, fejn għandhom ukoll jinkorporaw rigorużament sigurtà fejn għandu x’jaqsam nirien. Huma spjegaw li f’kull binja tal-Gvern għandu jkun hemm spezzjonijiet regolari mingħajr ebda distinzjoni bejn binjiet residenzjali u mhux.
//= $special ?>

