Il-Prim Ministru Joseph Muscat, li jitkellem fuq l-unità u l-għaqda nazzjonali, żgur mhux se jreġġa’ lura t-transfers politiċi li saru immedjatament wara l-aħħar elezzjoni ġenerali li għaddiet.
Mistoqsi dwar dawn it-transfers u jekk hux se jilqa’ l-isfida li dawn jitreġġgħu lura, Muscat iġġustifikahom għaliex qal li ċ-ċaqlieq kien minimu u sar skont l-esiġenzi tas-servizz.
Fl-aħħar jiem fuq il-ġurnali lokali differenti kienet ppubblikata storja wara l-oħra dwar transfers fost l-oħrajn fl-Isptar Mater Dei, fil-Korp tal-Pulizija, fost il-ħaddiema taċ-ċivil u l-aġenziji tal-Gvern kif ukoll fir-Residenza San Vincenz de Paul.
Iżda f’kummenti lil Net News, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħarab mill jwieġeb dwar jekk it-transfers sarux għal raġuni politika.
Il-konferma li t-transfers bdew immedjatament wara l-elezzjoni ħarġet minn trasferiment ta’ tliet impjegati tal-Isptar Mater Dei li wasslu biex l-MUMN bdiet direttiva industrijali u ordnatilhom biex ma jaċċettawx it-trasferiment.
//= $special ?>