Lokali

L-ACP-EU Conference f’Malta

Il-pajjiżi Afrikani jridu jgħarfu aħjar kif iqassmu l-ġid ekonomiku ta' pajjiżhom - Louis Michel

F’pajjiżna qed tkun organizzata konferenza bejn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi Afrikani, tal-Paċifiku u tal- Karibew, magħrufa aħjar bħala ACP- EU Conference. Dan bl-iskop li jkunu diskussi temi kruċjali li jtejbu l-andament ekonomiku ta’ dawn il-pajjiżi biex ikunu industrijalizzati aħjar bl-għajuna tal-Unjoni Ewropea.

Għal din il-konferenza attendew Membri Parlamentari Ewropej u Membri Parlamentari kemm ta’ pajjiżi Ewropej kif wkoll tal-ACP. Attendiet wkoll il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-ispeaker Anglu Farrugia.

Fis-sena 2000 ġie ffirmat ftehim bejn l-Unjoni Ewropea l-pajjiżi tal-Afrika, l-Caribew u tal-Paċifiku, biex l-Unjoni Ewropea bil-mezzi kollha tagħha tgħin lil dawn il-pajjiżi jqumu fuq saqajhom. Dan il-ftehim, iffirmat f’Ġunju tal-2000, il-Cotonou Agreement, ikopri perjodu ta’ 20 sena. Tul is-snin dan ġie addattat skont l-isfidi li d-dinja u dawn il-pajjiżi jkunu qed jaffaċċjaw bħal per eżempju, t-tibdil fil-klima, t-terroriżmu, l-kwalita’ tal-ikel li tasal f’dawn il-pajjiżi eċċ.

Louis Michel, li hu l-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja tkellem dwar il-kunċett ta’ Global Afrika, li tnieda l-biera]. It-tnedija ta’ Global Afrika saret bil-kollaborazzjoni tal-Gvern Ġermaniż. Global Africa se jkun pjattaforma fejn ikunu diskussi ideat biex il-kontinent Afrikan ikun aktar sostenibbli u effettiv mingħajr għajnuniet umanitarji.

Louis Michel qal li hemm bżonn li l-pajjiżi Afrikani jaqsmu l-ġid ekonomiku b’mod ġust u mhux min hu sinjur jinghinuh ikompli jsir sinjur u min hu fqir ikompli jiftaqar. Louis Michel sostna wkoll li kien diżappuntat li din il-konferenza kienet ilha ma tkun organizzata għaliex l-Unjoni Ewropea mhux dejjem irrispettat il-laqgħa bejn iż-żewġ partijiet.

Is-sena d-dieħla l-ACP-EU Conference mistennija ssir l-Bulgarija.