It-tim nazzjonali tal-Masters se jieħu sehem f’turnament fi Brussel bejn nhar il-Ħamis li ġej u 27 ta’ Ġunju.
Minbarra Malta se jieħdu parti wkoll żewg timijiet Irlandiżi, tnejn oħra Britanniċi, tim Belġjan, tim Spanjol u tim Ġermani#.
Wara li rreġistra riżultati inkoragganti f’pajjiżna f’dawn l-aħħar xhur, it-tim Malti issa se jipprova xortih fl-ewwel esperjenza barra.
Il-kowċ Charles Agius sejjaħ din l-iskwadra:
Sean Sullivan, George Edwards, Malcolm Camilleri, Renie Forace, Michael Borg Olivier, Brian Said, David Camilleri, Leandros Calleja, Eric Saliba, James Navarro, Kevin Loughborough, u Jeffrey Zammit. Jean Pierre Mifsud huwa t-Team Manager.
//= $special ?>