Sport

Paolo Maldini…….mill-futbol għat-tennis

L-eksplejer u captain leġġendarju tat-tim tal-futbol ta’ Milan Paolo Maldini (xellug) għadu kemm ikkwalifika għal turnament professjonali tat-tennis li se jsir fl-Italja. Maldini, li llum-il ġurnata għandu 48 sena kien beda jipprattika t-tennis fl-2009 wara li rtira mill-futbol.

Maldini, flimkien ma’ sieħbu Stefano Landonio (lemin) se jikkompeti fil-kategorija tad-Doubles waqt il-Milan Open.

Dawn it-tnejn kisbu d-dritt li jikkompetu f’dan l-Open wara li rebħu turnament tal-amateurs. Matul il-karriera tiegħu bħala plejer tal-futbol Maldini lagħab għal aktar minn 600 darba ma’ Milan u rebaħ diversi unuri.

Maldini m’huwiex l-ewwel plejer leġġendarju ta’ Milan li wara li rtira mill-futbol beda jipprattika sport ieħor.

Fl-2013, l-eksattakkant Andriy Shevchenko kien ħa sehem f’turnament professjonali tal-golf (Kharkov Superior Cup).