F’Nyon, fl-Iżvizzera ttellgħu l-poloz tar-rawnds ta’ kwalifikazzjoni taċ-Champions League u tal-Europa League. Iċ-champions Maltin, Hibernians se jaffrontaw lil FCI Tallinn tal-Estonja, fl-ewwel rawnd ta’ Kwalifikazzjoni taċ-Champions League.
Hibs jilgħabu l-ewwel partita nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ġunju f’Kordin filwaqt li t-tieni leg tintlagħab fl-4 jew fil-5 ta’ Lulju. Min jikkwalifika bejn Hibernians u FCI Tallinn jilgħab kontra SZ Salzburg tal-Awstrija.
Fl-Europa League Valletta għandhom polza favorevoli hekk kif ittellgħu biex jilagħbu kontra SS Folgore ta’ San Marino filwaqt li polza ferm aktar diffiċli għal Floriana li se jilagħbu kontra Red Star Belgrade tas-Serbja.
Balzan se jilagħbu kontra Videoton tal-Ungerija. L-ewwel u t-tieni legs se jintlagħbu fid-29 ta’ Ġunju u fis-6 ta’ Lulju rispettivament. Il-Beltin se jilagħbu l-ewwel leg f’darhom filwaqt li Floriana u Balzan se jilagħbu l-ewwel leg barra minn darhom.
Jekk Valletta jeliminaw lill-avversarji tagħhom jilagħbu kontra Utrecht tal-Olanda.
Jekk Floriana jirbħu kontra l-avversarji Serbi jilagħbu kontra r-rebbieħ tal-konfront bejn Irtysh tal-Kazakhstan u Dunan Ruse tal-Bulgarija. Balzan jilagħbu kontra Nomme Kalju tal-Estonja jew kontra B36 Torshavn tal-Faroe Islands jekk kemm-il darba jeliminaw lil Videoton.
//= $special ?>