Futbol Sport

Perez konfermat President ta’ Real Madrid

Florentino Perez kien konfermat bħala President ta’ Real Madrid u se jkun qed iservi għall-ħames terminu tiegħu. Perez reġa’ kien elett minħabba li ma kienx ikkontestat matul il-kampanja Presidenzjali li kienet ilha li bdiet sa mid-9 ta’ Ġunju.

Perez ilu sa mis-sena 2000 President tal-Merengues u t-tim kien rebaħ darbtejn il-kampjonat u darbtejn iċ-Champions League. Hu kien irriżenja mill-kariga fl-2006 imma tliet snin wara rritorna fi ħdan il-klabb li kompla jirbaħ u żied żewġ titli domestiċi oħra u tliet darbiet iċ-Champions League.

Fil-fatt, ftit ġimgħat ilu Real saru l-ewwel klabb sa mill-1990 li rebaħ iċ-Champions League darbtejn infila.