Lokali

FILMAT: Sewwieq ferut wara li l-vann li kien qed isuq ħa n-nar fil-Ħamrun

L-inċident seħħ fil-Ħamrun kmieni dalgħodu

Sewwieq weġġa’ ħafif wara li dalgħodu għall-ħabta tat-8 a.m. l-vann li kien qed isuq ħa n-nar fi Triq Manwel Magri, quddiem il-Knisja tal-Kunċizzjoni fil-Ħamrun.

Ir-raġel irnexxielu joħroġ mill-vann waħdu iżda laħaq ġarrab xi ġrieħi f’saqajh. Ftit wara l-vann nqered totalment wara li n-nar nfirex b’ritmu mgħaġġel ħafna.

Fi ftit ħin waslu fuq il-post Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien, waqt li waslet ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar investgazzjonijiet għadhom għaddejin mill-għassa tal-Ħamrun.