Internazzjonali

Tensjoni f’Pariġi wara ħabta ma’ karozza tal-pulizija

L-awtoritajiet f’Pariġi kkonfermaw li karozza, ftit tal-ħin ilu, baqgħet dieħla direttament għal ġo vettura tal-pulizija qabel ħadet in-nar.

L-inċident, li seħħ qrib iz-zona ta’ Champs Elysees, jidher li kien ‘wieħed ippjanat’, bix-xufier tal-karozza – li nstab li kellu arma – jispiċċa ddikjarat mejjet, ftit wara li laħqu ħarġuh mill-vettura tiegħu. L-investigazzjonijiet qed ikomplu.

Il-Pulizija Franċiża, aktar tard, iddikjarat is-sitwazzjoni ‘taħt kontroll’ u kkonfermat li ma weġġa ħadd fost iċ-ċivili u l-qawwiet tal-liġi fl-inħawi.

Franza, fil-preżent, qed tosserva stat ta’ emerġenza wara li, fl-aħħar snin, intlaqtet minn sensiela ta’ attakki terroristiċi.