Festi Kultura Lokali

X’se jikxfu illejla f’Ħal Qormi?

Is-sorpriża tal-lejla f'Ħal Qormi
Kollox lest għall-festa ta' San Ġorġ Martri li tilħaq il-qofol tagħha nhar il-Ħadd

Din li qed taraw fir-ritratt hija s-sorpriża li biha l-Qriema se jagħtu bidu għall-festa ta’ San Ġorġ ta’ din is-sena – sorpriża li ħafna ilhom jistennew u li se tkompli issebbaħ l-armar tal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri.

Iżda x’hemm wara dak il-liżar? X’se jinkixef illejla? Għaliex hawn stennija għal din is-sorpriża?

Wara il-ħruġ tal-vara ta’ San Ġorġ Martri min-niċċa, illejla se jsir il-kxif ta’ din l-istatwa il-ġdida li tirrapreżenta lil Sant’Elena Imperattriċi. Din l-istatwa hija xogħol l-artist Manuel Farrugia, u se tinkixef għall-ħabta tat-8pm.

Il-festa ta’ San Ġorġ tilħaq il-qofol tagħha fi tmiem il-ġimgħa. Nar is-Sibt isir l-ispettaklu tan-nar Diamonds in the Sky, u l-Ħadd toħroġ il-purċissjoni bil-vara artistika u ta’ prestiġju li tirrapreżenta lil San Ġorġ, xogħol l-artist Pietro Felici.