Lokali Parlament

AĠĠORNATA: Eletti d-deputati kollha mill-Elezzjonijiet Każwali tal-PL

Aġġornata: Mir-raba’ distrett ġie elett Etienne Grech wara li għeleb lil Stefan Buontempo

Etienne Grech

Aġġornata: Stefan Zrinzo Azzopardi elett fuq il-ħames distrett minflok is-siġġu tal-Prim Ministru Joseph Muscat

Stefan Zrinzo Azzopardi

Aġġornata: Elett Clayton Bartolo wara li għeleb lil Deborah Schembri b’14-il vot.

Clayton Bartolo

Aġġornata: Bħalissa qed isir recount fuq it-12-il distrett , dan wara li l-eks Segretarju Parlamentari Deborah Schembri ma kienitx eletta bi 15-il vot. L-isfidant ewlieni ta’ Deborah Schembri hu Clayton Bartolo, kandidat ġdid.

Aġġornata: Manuel Mallia ġie elett mid-disa’ distrett elettorali

Manuel Mallia

Aġġornata: Rosianne Cutajar, is-Sindku ta’ Ħal-Qormi kienet eletta fil-Parlament  wara li ċeda s-siġġu tiegħu fil-Parlament Silvio Schembri mis-sitt distrett. Rosianne Cutajar għandha 28 sena.

Rosianne Cutajar

Aġġornata: Ftit wara l-10a.m kien elett il-blogger u konsulent tal-Prim Ministru Glenn Bedingfield biex b’hekk se jieħu s-siġġu ta’ Helena Dalli fit-tieni distrett.

Glenn Bedingfield

Hekk kif fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar dalgħodu bdew l-elezzjonijiet każwali fid-distretti li ċedew il-kandidati tal-Partit Laburista li kienu eletti fuq żewġ distretti elettorali fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet, il-kandidat Laburista Edward Zammit Lewis kien l-ewwel kandidat li kien elett.

Edward Zammit Lewis

L-ex ministru tat-turiżmu kien elett fl-elezzjoni każwali fit-Tmien Distrett elettorali li kien ċedut mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.

Fit-tieni distrett qed issir l-elezzjoni każwali biex jimtela l-post tal-Ministru Helena Dalli u fir-raba’ distrett qed issir l-elezzjoni biex jimtela’ l-post tal-Ministru Chris Fearne. Fil-ħames distrett  qed ssir l-elezzjoni każwali biex jimtela l-post li tbattal mill-Prim Ministru Joseph Muscat filwaqt li fuq is-sitt distrett qed ssir l-elezzjoni għal post li tbattal mis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri. Fid-disa’distrett se ssir l-elezzjoni biex jimtela l-post tal-Ministru Michael Falzon filwaqt li fit-12-il distrett ġie elett Clayton Bartolo wara li ntalab recount hekk kif bejnu u bejn l-ex Segretarju Parlamentari Deborah Schembri kien hemm differenza ta’ ftit voti.

Għada jsiru l-elezzjonijiet każwali tal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista.

Ara wkoll dan l-artiklu:

Illum jibdew l-elezzjonijiet każwali: Kif jaħdmu?