Raġel mis-Serbja ta’ madwar 30 sena li għaxart ijiem ilu twaqqaf minn kaxxiera waqt li kien qed jisraq xi oġġetti minn ħanut f’Buġibba, ġie arrestat mill-Pulizija.
F’din is-serqa, spikka l-aġir kuraġġuż ta’ sidt il-ħanut, li rrealizzat b’dak li kien qed iseħħ u waqfet lit-tliet irġiel. Wara li wieħed mill-irġiel jidher jitfa’ xi pakketti tas-sigaretti fil-qalziet ta’ taħt, it-tfajla avviċinatu u qaltlu biex jirritorna dawn il-pakketti.
Meta dan deher javviċina l-bieb ta’ barra, hi ppruvat twaqqfu madankollu rnexxielu jaħrab ‘il barra mill-ħanut wara li mbuttaha. Kien hawn li t-tfajla sofriet xi ġrieħi, kawża ta’ grif. Dan ir-raġel hu wieħed mill-persuni li għadhom qed jiġu mfittxija mill-Pulizija.
Il-ġimgħa l-oħra l-Pulizija meta għamlu tfittxija għal dawn is-Serbi fi Triq il-Port Ruman, arrestat erba’ Serbi li jinsabu f’pajjiżna mingħajr dokumenti. Il-Pulizija dakinhar kienu akkumpanjati minn sid il-ħanut u hi għarfet lil wieġed mis-Serbi.
Madankollu kien hawn li wieħed mis-Serbi ħarab mill-post, iżda nqabad ftit wara mill-uffiċjali tal-Pulizija, f’għalqa fil-qrib.
Issa fl-aħħar siegħat il-Pulizija arrestat is-Serb, li rriżulta li kien ilu tliet snin f’Malta u li se jkun akkużat b’serq mill-ħanut u aggressjoni fuq it-tfajla.
//= $special ?>FILMAT: Arrestati erba’ Serbi li nstabu llegalment f’pajjiżna – 2 oħra għadhom imfittxija