Internazzjonali

Imut l-istudent Amerikan li kien f’koma fil-Korea ta’ Fuq; “reġim brutali” – Trump

Il-President Amerikan Donald Trump sejjaħ lir-Reġim Korean ‘reġim brutali’ wara l-mewt ta’ student Amerikan li kien arerstat fil-Korea għal 15-il xahar.

Il-Korea ta’ Fuq irritornat lill-istudent Amerikan Otto Warmbier ta’ 22 sena lura fl-Amerika wara li ntqal li hu kien ilu sena f’koma. Il-ġenituri tiegħu qalu li l-istudent ikien suġġett ta’ tortura.

L-istudent kien arrestat fil-Korea wara li nqabad jipprova jisraq messaġġ  propogandistiku minn lukanda.

Il-President Amerikan qal li saru ħafna affarijiet koroh fuq l-istudent Amerikan iżda għall-inqas hu rritorna l-Amerika biex ikun mal-ġenituri tiegħu anki jekk hu kien f’sitwazzjoni diffiċli ħafna.

Il-Presidnet Amerikan saħaq fuq l-impenn tal-gvern Amerikan li jipprova jsolvi dawn il-problemi qabel jaslu sal-livell tal-istudent Amerikan.

Il-ġenituri tal-istudent Amerikan qalu li binhom irritorna l-Amerika fit-13 ta’ Ġunju u kien f’kundizzjoni tant ħażina li ma kienx qed jara, jitkellem jew jirreaġixxi.

Mhux magħruf meta fil-fatt l-istudent Amerikan waqa’ f’koma għaliex l-Amerika kienet informata madwar xhar ilu bis-sitwazzjoni tiegħu.

Korrispondenti barranin qalu li l-Koreani kienu mbeżża li se jkollhom ċittadin Amerikan li jmut f’idejhom u kien għalhekk li nformaw lill-Amerikani.