Suldati fi Brussell irnexxielhom jinnewtralizzaw raġel li kien qed jippjana li jisplodi splussiv fl-Istazzjon Ċentrali.
Jirriżulta li f’ħin minnhom instemgħet splużjoni, segwita minn numru ta’ tiri ta’ armi tan-nar tas-suldati li kienu fuq ronda f’dan l-istazzjon. L-ewwel rapporti jindikaw li l-vittma kellu basket wara dahru u splussiv imdawwar ma’ qaddu.
Hu maħsub li r-raġel ipprova jisplodi lilu nnifsu iżda xi ħaġa marret ħażin. Dan hekk kif, wara l-ħoss ta’ splużjoni dehret fjamma li ħakmet lir-raġel. Madankollu l-isplużjoni kienet waħda relattivament żgħira tant li ħadd ma weġġa’.
Kawża ta’ dan, ingħalqu wkoll Gare du Nord u Gare Central, dejjem fi Brussell.