L-aġent tal-attakkant ta’ Bayern Munich Robert Lewandowski, Maik Barthel esprima d-diżappunt tiegħu fil-konfront tal-klabb li skont hu ma għenx lill-klijent tiegħu biex jirbaħ l-unur tal-aqwa skorer tal-Bundesliga.
Lewandowski temm bħala t-tieni l-aqwa skorer tal-kampjonat Ġermaniż wara l-attakkant ta’ Borussia Dortmund Pierre-Emerick Aubameyang skurja żewġ gowls kontra Werder Bremen fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat biex kien hu li rebaħ dan l-unur. Fis-sena ta’ qabel Lewandowski kien rebaħ dan l-unur meta skurja 30 gowl imma din id-darba Aubameyang skurja 31, wieħed aktar minn Lewandowski li fl-aħħar logħba tal-kampjonat kontra Freiburg ma sabx ix-xibka, anke jekk it-tim tiegħu rebaħ 4-1.
“Meta tkellimt ma’ Robert qalli li fl-aħħar logħba ma kellu l-ebda appoġġ mingħand sħabu biex jiskurja u jirbaħ unur li tant xtaq jirbaħ. Lanqas il-kowċ Ancelotti ma għamel pressjoni fuq il-plejers tiegħu biex jgħinuh isib ix-xibka,” qal Barthel.
Wara l-attakk li għamel fil-konfront ta’ Bayern Barthel qal issa la darba għaddew diversi ġimgħat Lewandowski m’għadux qed jaħseb daqstant fuq din il-ħaġa imma kien ferm urtat.
//= $special ?>