Formula 1 Sport

L-FIA tħabbar il-kalendarju proviżorju

L-FIA ħabbret il-kalendarju proviżorju għall-istaġun li ġej u jekk wieħed jagħti ħarsa lej jinnota r-ritorn tal-Grand Prix ta’ Franza u dak tal-Ġermanja wara li dawn kienu esklużi mill-kalendarju ta’ din is-sena.

Il-Grand Prix ta’ Franza se jsir fl-24 ta’ Ġunju filwaqt li dak tal-Ġermanja fiċ-ċirkwit ta’ Hockenheim se jsir fit-22 ta’ Lulju.

Il-Grand Prix tal-Ażerbaġjan, li beda jsir fl-2017, se jżomm postu u dan se jsir f’April tal-2018 minflok f’Ġunju filwaqt li l-Grand Prix Russu se jsir f’Settembru minflok il-Grand Prix tal-Messiku li ġie eskluż.

B’kollox se jkun hemm 21 tellieqa u għall-ewwel darba fl-istorja se jkun hemm tliet Grand Prix fi spazju ta’ tliet ġimgħat. L-ekskap tal-F1 Bernie Ecclestone kien diġà esprima x-xewqa li jsiru tliet Grand Prix wara xulxin imma t-timijiet kienu minn dejjem kontra l-idea.

Madankollu s-sidien il-ġodda tal-F1 Liberty Media mhux biss adottaw din l-idea imma issa anke qed jippjanaw li l-istaġun ikun kompost minn 25 tellieqa.

L-istaġun, bħas-soltu, se jibda bil-Grand Prix tal-Awstralja f’Marzu u jintemm bil-Grand Prix ta’ Abu Dhabi f’Novembru.

Il-kalendarju proviżorju:
25 ta’ Marzu – GP Awstralja
8 ta’ April – GP Ċina
15 ta’ April – GP Bahrain
29 ta’ April – GP Ażerbajġan
13 ta’ Mejju – GP Spanja
27 ta’ Mejju – GP Monaco
10 ta’ Ġunju – GP Kanada
24 ta’ Ġunju – GP Franza
1 ta’ Lulju – GP Awstrija
8 ta’ Lulju – GP Renju Unit
22 ta’ Lulju – GP Ġermanja
29 ta’ Lulju – GP Ungerija
26 ta’ Awwissu – GP Belġju
2 ta’ Settembru – GP Italja
16 ta’ Settembru – GP Singapore
30 ta’ Settembru – GP Russja
7 ta’ Ottubru – GP Ġappun
21 ta’ Ottubru – GP Stati Uniti
28 ta’ Ottubru – GP Messiku
11 ta’ Novembru – GP Brażil
25 ta’ Novembru – GP Abu Dhabi