Il-bidu tal-process ta’ elezzjoni għal Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista hu t-titlu tal-istorja ewlenija tal-ġurnal In-Nazzjon, li qed jirrapporta dak li ddeċieda lbieraħ il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li qabel dwar id-data tas-16 ta’ Settembru meta għandha titlaqqa’ l-Konvenzjoni Ġenerali b’elezzjoni biex teleġġi l-Kap ġdid.
Storja oħra tkompli tiżvela dak li qed jiġri fis-settur privat tax-xogħol f’Għawdex wara li mijiet ta’ ħaddiema ddaħħlu mal-Gvern qabel l-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju.
Ritratt fil-faċċata tal-ġurnal juri mara tqiegħed il-fjuri b’rispett u b’tifkira tal-vittmi tal-attakk terroristiku li seħħ f’Londra tard il-Ħadd filgħaxija.
Il-feature tal-lum fil-gazzetta jittratta l-Jum Dinji tar-Refuġjati.
Il-paġni tal-opinjonijiet jinkludu l-analiżi politika ta’ Mario Schiavone u Jason Azzopardi.
//= $special ?>