Internazzjonali

In-Nirien fil-Portugall; is-sħana tkompli tagħmilha diffiċli biex jikkontrollaw in-nirien

Fil-Portugall it-temperaturi dejjem jogħlew qed jheddu li jxejnu l-isforzi li qed isiru biex jikkontrollaw nirien qawwija f’foresta li diġa ħallew aktar minn 60 ruh mejta.

Illum it-temperaturi mistennija li jqarrbu l-40 grad celcius u dan flimkien mal-kundizzjonijiet li diġa jeżistu jista’ jqabbad mill-ġdid il-postijiet fejn in-nirien diġa ġew ikkontrollati.

Uffiċjali tal-protezzjoni Ċivili  qed jgħidu li s’issa ġew ikkontrollati madwar  70% tan-nirien, imma dak li baqa’ jintefa  huwa ta’ tħassib kbir.

L-aħħar minn fost il-vittmi ta’ dawn in-nirien huwa pumpier ta’ 40 sena.