Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara

Żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Munxar Għawdex weġġa’ meta kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur tiegħu fi Triq Dun Karm, f’Birkirkara, magħrufa bħala l-bypass ta’ Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ wara nofsinhar.

Hu kien qed isuq mutur Honda 125 meta kien involut f’ħabta ma karozza Peugeot 106 misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena mir-Rabat.

Is-sewwieq tal-mutur ittiehed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa filwaqt li jidher li s-sewwieq tal-karozza ħelisha ħafif.