Lokali

Salvata tarbija ta’ 19-il xahar mill-baħar fil-Blue Lagoon

Tarbija ta’ 19-il xahar kienet salvata mill-Blue Lagoon f’Kemmuna llum wara nofsinhar wara li xi għawwiema rawha wiċċha l-isfel u mitlufa minn sensiha fil-baħar.

It-tifla li hi mir-Repubblika Ċeka ingħatat l-ewwel għajnuna minn voluntiera ta’ salvataġġ tal-Emergency Responce Rescue Corps u reġgħet ġiet f’sensiha qabel ma ttieħdet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal iktar kura.

L-Emergency Responce Rescue Corps hi organizazzjoni volontarja li tmexxi posta ta’ salvataġġ fil-Blue Lagoon u tgħin ukoll f’diversi bajjiet f’Għawdex u f’attivitajiet pubbliċi kbar.